Il-Ħadd li għadda, waqt il-qari tal-avviżi, l-kappillan Fr Claude Portelli ħabbar żewġ proġetti kbar u ambizzjużi għal-knisja parrokkjali. Dawn huma l-manutenzjoni u waterproofing tal-bejt kollu tal-knisja u t-tibjid tal-knisja parrokkjali minn ġewwa.
Hija ħaġa xierqa, li fl-okkażżjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa, il-knisja parrokkjali tingħata dehera friska. Ix-xogħol kollu huwa pjanat li jsir bejn April u Luju tas-sena 2016.
Biex isir dan kollu, hemm bżonn ħafna għajnuna finanzjarja. Matul il-ġimgħat li ġejjin ser jiżdiedu l-attivitajiet ta’ fundraising b’risq dawn il-proġetti. Kull għajnuna/donazzjoni tiġi apprezzata. Bil-ftit minn għand il-ħafna naslu biex fi ftit xhur oħra jibda dan ix-xogħol. Nirringrazzjawkom bil-quddiem.