AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ Jannar 2016

  1. Katekiżmu: Nhar il-Ħamis jibda l-Katekiżmu wara l-vaganzi tal-Milied għall-klassijiet tal-bniet Years 4 & 5 u l-klassijiet kollha tal-MUSEUM. Il-klassijiet l-oħra jibdew nhar it-Tlieta 12 ta’ Jannar 2016.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina se jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, Festa tal-Magħmudija tal-Mulej, waqt il-quddiesa tal-11.00am jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.

About the author

Ikkummenta