AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 23 – 24 ta’ Jannar 2016

  1. Festa Liturġika ta’ San Ġiljan:
  • Nhar it-Tnejn fid-40am, ser issir purċissjoni għat-tfal tal-Iskola Primarja bil-vara ż-żgħira ta’ San Ġiljan, mill-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata minn elementi bandistiċi fi ħdan is-Soċjeta` Banda Spinola. Wara ssir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi għall-istess tfal mill-Kappillan.

 

  • Nhar l-Erbgħa, Festa Liturġika ta’ San Ġiljan, fis-6.30pm, ser issir quddiesa tal-Festa fil-Knisja Parrokkjali b’animazzjoni mis-St Julian’s Choral Group. Fis-7.30pm, wara l-quddiesa, jingħata bidu għall-marċ mill-Banda Spinola miz-zuntier tal-Knisja.

 

  • Nhar il-Ġimgħa, l-Banda San Ġiljan, bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat tal-125 Anniversarju tal-Parroċċa, tippreżenta ‘San Ġiljan Oratorjo’, fil-Knisja Parrokkjali fis-7.30pm, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Etienne Spiteri bis-sehem tal-Coro bel Canto u Solisti. Kliem ta’ Joe Friggieri u mużika ta’ Etienne Spiteri. Id-dħul huwa b’xejn u kulħadd mistieden. Dakinhar il-quddiesa tas-6.30pm issir fil-Knisja ta’ Lapsi minflok fil-Knisja Parrokkjali u l-parkeġġ tal-iskola primarja ikun miftuħ.

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ta’ ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu Triq il-Karmnu, Triq San Mikiel, Sqaq Ciantar u Triq William Prescott. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl: Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl (Festa Trasferita minħabba l-Erbgħa tal-Irmied fl-10 ta’ Frar).
  • Quddiesa għat-tfal: Il-quddiesa tad-9.30am tkun animata mit-tfal.
  • Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li se ssir nhar il-Ħadd fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-iskejjel tal-Knisja: Fil-ġranet li ġejjin ser jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja minn ‘Applikanti oħra’ minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti. Informazzjoni dettaljata tista tinkiseb mir-‘Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja’ li jinsabu fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org

About the author

Ikkummenta