AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 9 – 10 ta’ Jannar 2016

  1. Katekiżmu: Nhar it-Tlieta jibda l-Katekiżmu għall-klassijiet tal-bniet u subien Years 1-3.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Coffee Morning: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se tkun Coffee Morning u se jsir nhar il-Ġimgħa fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fil-11.00am fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Festa Liturġika ta’ San Ġiljan: Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar se ssir quddiesa fil-Kappella ta’ San Ġiljan fl-Isla fis-7.00pm.  Se jkun hemm trasport provdut għal min jixtieq u wara mmorru nieħdu xi ħaġa flimkien.  Min jixtieq jibbukkja għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li se ssir nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. ‘San Ġiljan Oratorjo’: Il-Banda San Ġiljan, bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat tal-125 Anniversarju tal-Parroċċa, tippreżenta ‘San Ġiljan Oratorjo’, nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar 2016 fil-Knisja Parrokkjali fis-7.30pm, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Etienne Spiteri bis-sehem tal-Coro bel Canto u Solisti. Kliem ta’ Joe Friggieri u mużika ta’ Etienne Spiteri. Id-dħul huwa b’xejn u kulħadd mistieden.

 

  1. Kummissjoni Djakonija – Ringrazzjament: Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq tirringrazzja lill-parruċċani kollha għall-ġenerożita’ tagħhom biex jgħinu lill-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna fi żmien il-Milied.

About the author

Ikkummenta