Programm – Randan u Ġimgħa Mqaddsa 2016 f’San Ġiljan

– L-Erbgħa 10 ta’ Frar 2016: L-Erbgħa tal-Irmied – wara l-quddiesa tas-6.30pm issir l-Adorazzjoni tas-Salib kif ukoll ħin għall-qrar.   DSCF9110 (Copy)

– Il-Ħamis 11 ta’ Frar 2016: Fis-7.15pm se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Klarissi (flimkien mal-parroċċi tal-Unita’).

Il-Ġimgħa u kull nhar ta’Ġimgħa matul ir-Randan – Adorazzjoni bejn it-1500 -1600 fil-knisja parrokkjali.

– Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2016: L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Wara l-quddiesa tas-6.30pm se ssir adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali bit-talba tar-rużarju, kif ukoll ħin għall-qrar.DSC_0002 (Copy)

– Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu 2016: Adorazzjoni bejn id-2100 u 0200hrs fil-knisja tal-Kunċizzjoni. Ikun hemm ħin għall-Qrar.

– Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016: Irtir tar-Randan għall-kulħadd, l-Oratorju, B’Kara mid-9.30am sas-1.00pm. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan).

-L-Erbgħa 9, Il-Ħamis 10 u l-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016: 3 ijiem eżerċizzi għal kulħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan).

– Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016: 4.00am – Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Lapsi għall-MellieħaDSCF8995 (Copy)

– L-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2016: wara l-quddiesa tas-6.30pm issir l-Lectio Divina u wara ħin ta’ adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar.

– L-Ġimgħa 18 ta’Marzu 2016 – Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali u wara quddiesa fil-knisja parrokkjali.DSC_0114 (Copy)

– Il-Ħadd 20 ta’Marzu 2016– Ħadd il-Palm.  09.00am Tberik tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-knisja Ta’Lapsi.  Wara purċissjoni sal-knisja parrokkjali. DSC_0030 (Copy)

– It-Tnejn 21 ta’Marzu 2016 – Via Sagra wara l-Quddies tas-6.30pm mill-knisja parrokkjali u taddi mit-toroq ġewwa The Gardens.

– It-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016 – Kunċert ‘The Passion of Christ’ mill-Amadeus Choir fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali.

– L-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016 – Ħamis ix-Xirka.   Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.  Ħin għall-viżti.  Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl.  Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl.DSC_0089a

– L-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2016 – L-Ġimgħa l-Kbira.  Ħin għall-viżti.  Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni  jkunu miftuħa sa nofsinnhar.  Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali.Good Friday 2015 (32) (Copy)

– S-Sibt 26 ta’ Marzu 2016 – Sibt il-Għid  – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.DSC_0014 (Copy) (Copy)

– Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016 – L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola.DSC_0014 (Copy)

– Il-Ħadd 3 t’April 2016 – Festa tal-Ħniena Divina.  Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina.  Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali immexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J.Scicluna u animata mis-St Julians Choral Group.

 

 

 

This slideshow requires JavaScript.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading