- Jum il-Mara – Seminar: Nhar il-Ħamis, l-Għaqda Nisa Ġiljaniżi qed torganizza Seminar fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara bit-tema ‘Il-Valuri Llum’. Dan se jsir fil-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan fid-9.30am.
- Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’xi partijiet ta’ Telgħet B’Kara u Triq Wied Għomor. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.
- Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Se nipprovdu wkoll is-servizz tal-qrar.
- Mid-9.00pm sas-2.00am se ssir Adorazzjoni mill-Fergħa Ewkaristika fil-Kappella tal-Kunċizzjoni.
- Attivitajiet għar-Randan:
- Nofstanhar riflessjoni għar-Randan: Il-Parroċċa qed torganizza nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar is-Sibt mid-9.30am sas-1.00pm. Imexxi Patri Christopher Caruana OP (Dumnikan). Il-programm jinkludi quddiesa. Min jixtieq jibbukkja, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar il-Ħamis.
- Eżerċizzi tar-Randan: Nhar l-Erbgħa 9, il-Ħamis 10 u l-Ġimgħa 11 ta’ Marzu ser isir kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd immexxija minn Patri Christopher Caruana OP (Dumnikan) fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.
- Pellegrinaġġ Penitenzjali: Nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu, ser isir Pellegrinaġġ Penitenzjali għall-Mellieħa, tluq fl-4.00am minn ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi. Il-biljetti għat-trasport lura jinxtraw mill-Book Centre.
- Ġabra għas-Seminarju: Matul il-weekend li ġej ser ikun hawn magħna s-seminaristi u ser issir il-ġabra għas-Seminarju.
6. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.