- Adorazzjoni – L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Fis-7.30pm, fil-Knisja Parrokkjali, ser issir Adorazzjoni u rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat, animata minn Andrew Cauchi. Kulħadd mistieden jattendi.
- Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla. Imexxi Fr Stefan Attard fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.
- Grupp Ħbiberija: Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se ssir nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Frar filgħodu u se tkun ħarġa sal-Imdina, li tinkludi quddiesa, pellegrinaġġ sal-Bieb tal-Ħniena l-Katidral tal-Imdina u wara ikla flimkien. Se jkun hemm it-trasport mid-9.30am minn Pjazza Spinola. Aktar dettalji jinsabu fuq in-noticeboard tal-Kummissjoni Djakonija. Min jixtieq jibbukkja mitlub iċempel l-uffiċċju parrokkjali sa nhar il-Ħamis.
- Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn se nżuru l-familji li joqogħdu f’parti minn Triq Lapsi, The Podium, Medvista Court u The Crescent, kif ukoll id-djar fi Triq San Mark. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.
- Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.
- Nofstanhar riflessjoni għar-Randan: Il-Parroċċa qed torganizza nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016 mid-9.30am sas-1.00pm. Imexxi Patri Chrstopher Caruana OP (Dumnikan). Il-programm jinkludi quddiesa. Min jixtieq jibbukkja, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali (speċjalment min jixtieq joqgħod għall-ikel).