Waqt il-Quddiesa li ġiet organiżżata mit-tfal għat-tfal fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan, il-kappillan Fr Claude Portelli waqt l-omelija, spjega kif aħna lkoll imsejħin biex ngħinu lil ħaddiehor jara s-sabiħ tal-ħajja. Biex inwettqu dan fil-konkret, stieden lil kull min xtaq biex b’donazzjoni ta’ € 2.50 ikun qed jikkontribwixxi biex jinxtraw pakketti ta’ gallettini bil-kliem LOVE u HOPE. (ara ritratt). Dawn il-pakketti ser jitqassmu lit-tfal rikoverati fir-Rainbow Ward f’Mater Dei u fl-isptar tal-Onkoloġija.