Sehem it-Tfal fiċ-Ċelebrazzjonijiet tal-125 sena mit-Twaqqif tal-Parroċċa

Kif tħabbar ftit xhur ilu, il-parroċċa Ġiljaniża qed tiġbor biex fuq l-eżempju ta’ San Ġiljan, tagħti rigal ta’karita’ lid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.  It-tfal ta’ San Ġiljan ukoll ser ikollhom sehem f’dan ir-rigal li ser jiġi preżentat fil-ġimgħa tal-festa f’Awwissu li ġej.

DSC_0036 (Copy)Illum waqt il-Quddiesa tat-Tfal, tqassmet karta (ara ritratt) li fuqha it-tfal għandhom ċirku fejn jimmarkaw kull 10 ċenteżmi li jiġbru.  Dawn il-karti, flimkien mal-flus miġbura ser jingħataw lill-kappillan waqt il-quddiesa tat-tfal ta’ Ħadd il-Palm, iġifieri fl-20 ta’ Marzu 2016.DSC_0019 (Copy)

Dawk li ma kenux preżenti u jixtiequ jagħtu id=donazzjonijiet tagħhom jistghu iniżżlu l-karta minn fuq il-website tal-parroċċa, jew jiġbruha minn ħdejn il-bieb tal-knisja.

About the author

Ikkummenta