– Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu 2016:
Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali
L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Rużarju fis-6.00pm fil-knisja parrokkjali. Fis-6.30pm tibda’ l-Quddiesa u wara ftit ħin t’Adorazzjoni. Ikun hemm il-Qrar.
Adorazzjoni bejn id-09.00pm u 02.00am fil-knisja tal-Kunċizzjoni. Ikun hemm ħin għall-Qrar.
– Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016:
Irtir tar-Randan għall-kulħadd, l-Oratorju, B’Kara mid-9.30am sas-1.00pm. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan).
-L-Erbgħa 9, Il-Ħamis 10 u l-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016:
Tlett ijiem eżerċizzi għal kulħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan).
– Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016:
Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali
– Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016:
Fl-4.00am – Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Mellieħa. Naslu l-Mellieħa fil-ħin għall-Quddiesa fid-09.00am. Lura bil-private.
– L-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2016:
Wara l-quddiesa tas-6.30pm fil-knisja parrokkali, ssir l-Lectio Divina u wara ħin ta’ adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar.
– L-Ġimgħa 18 ta’Marzu 2016:
Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali
Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni. Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali u wara quddiesa fil-knisja parrokkjali.
– Il-Ħadd 20 ta’Marzu 2016:
Ħadd il-Palm. 09.00am Tberika tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-knisja Ta’Lapsi. Wara purċissjoni sal-knisja parrokkjali.
– It-Tnejn 21 ta’Marzu 2016 :
Via Sagra wara l-Quddies tas-6.30pm mill-knisja parrokkjali u taddi mit-toroq ġewwa The Gardens.
– It-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016:
Kunċert ‘The Passion of Christ’ mill-Amadeus Choir fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali.
– L-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016:
Ħamis ix-Xirka. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni. Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali. Ħin għall-viżti. Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl. Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl.
– L-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2016:
L-Ġimgħa l-Kbira. Ħin għall-viżti. Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa sa nofsinnhar. Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali.
– S-Sibt 26 ta’ Marzu 2016:
Sibt il-Għid – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
– Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016:
L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola.
– Il-Ħadd 3 t’April 2016:
Festa tal-Ħniena Divina. Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina. Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali immexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J.Scicluna u animata mis-St Julians Choral Group.