AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Marzu 2016

  1. Eżerċizzi tar-Randan: Nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa ser isir kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd immexxija minn Patri Christopher Caruana OP (Dumnikan) fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’xi partijiet minn Telgħet B’Kara u Triq Ta’ Giorni. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament. B’hekk nagħtu tmiem għal-ewwel fażi tal-family visits u nkomplu wara l-Għid.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-00pm ser issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Ħarġa sar-Redentur tal-Isla – Grupp Ħbiberija: Nhar il-Ġimgħa ser issir ħarġa għar-Redentur tal-Isla mal-Grupp Ħbiberija. Nibdew b’pellegrinaġġ għall-Bieb tal-Ħniena, quddiesa u wara mmorru nieħdu l-ikla ta’ nofsinhar flimkien. Ser ikun hemm t-trasport ipprovdut fid-9.00am minn Pjazza Spinola. Importanti li min ser jattendi, jinfurma l-Uffiċċju Parrokkjali minn qabel.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Pellegrinaġġ Penitenzjali: Nhar il-Ħadd ser isir Pellegrinaġġ Penitenzjali għall-Mellieħa, tluq fl-4.00am minn ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi.  Il-biljetti għat-trasport lura jinxtraw mill-Book Centre.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali, kif Lapsi u l-Kunċizzjoni, tqegħdu qfief apposta fejn kulmin jixtieq jista’ jpoġġi l-affarijiet tal-ikel għal nies fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Bejgħ ta’ figolli u kwareżimal: Il-weekend li ġej ser ikollna figolli u kwareżimal home made għall-bejgħ.

About the author

Ikkummenta