AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 16 – 17 ta’ April 2016

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla. Imexxi Fr Stefan Attard fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M fil-5.30pm.

 

  1. Quddiesa għall-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca: F’għeluq l-ewwel xahar mill-mewt tal-mibki Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar il-Ħamis il-quddiesa tas-7.00pm se tkun b’suffraġju għal ruħu. Inħeġġu lil kulmin jista’ biex jattendi.

 

  1. Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal.

 

  1. Ġabra għall-Knisja fl-Ukranja: Fuq talba tal-Papa Franġisku, il-weekend li ġej se ssir ġabra speċjali fil-Knejjes Kattoliċi fl-Ewropa għall-Insara fl-Ukranja fejn hemm il-gwerra. F’dan il-Ġublew tal-Ħniena, niftakru li l-għotjiet ta’ karita’ tagħna, mhux biss jipprovdu għall-ħtiġijiet materjali ta’ dawn ħutna, imma huma ukoll espressjoni ta’ solidarjeta’ ma’ din il-Knisja mġarrba minn tant tbatija. Aktar informazzjoni tinsab f’ċirkulari tal-Konferenza Episkopali Maltija, li tinsab fuq in-noticeboards tal-Parroċċa.

 

  1. Wirja Artistika u Storika: Bħalma avżajna l-ġimgħa l-oħra, fl-okkażjoni tal-125 Sena Anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa tagħna, il-Kummissjoni 125 Sena Parroċċa flimkien mal-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, qed jorganizzaw Wirja Artistika u Storika. Il-Wirja miftuħa sa nhar il-Ħadd 24 ta’ April f’Villa Anna Teresa, Telgħet B’Kara, San Ġiljan. Id-dħul huwa b’xejn u l-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-10.00am sa nofsinhar u mill-5.30pm sat-8.00pm. Aktar dettalji jinsabu fuq in-noticeboards, facebook jew il-website tal-Parroċċa.

About the author

Ikkummenta