AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ Mejju 2016

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Mensija (in-naħa ta’ barra).
  1. Preparazzjoni għall-Ewwel Tqarbina:
  • Nhar it-Tlieta fil-5.15pm se jsir l-Ewwel Rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali u fl-istess ħin ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.
  • Nhar is-Sibt se jsir Irtir ta’ riflessjoni għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fid-9.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. 
  1. Grupp Ħbiberija – Ħarġa għal Għawdex: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi nhar il-Ġimgħa se ssir Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu minn Pjazza Spinola fit-8.00am. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija. 
  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal. Waqt din il-quddiesa jsir talb speċjali għat-tfal kollha li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fl-aħħar ta’ Mejju. 
  1. Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd fl-10.30am se ssir il-laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-ħames xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2010, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament). 
  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

About the author

Ikkummenta