- Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija f’The Gardens.
- Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina:
- Nhar it-Tlieta fil-5.15pm se jsir it-Tieni Rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali.
- Nhar il-Ħamis fil-5.30pm ikun hawn is-servizz tal-Qrar għall-ġenituri u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali.
- Nhar is-Sibt, 42 tifel u tifla jiċċelebraw l-Ewwel Tqarbina fil-parroċċa tagħna. Iċ-Ċelebrazzjoni tibda fil-5.30pm fil-Knisja Parrokkjali. It-tfal jiltaqgħu fil-Knisja ta’ Lapsi fil-5.00pm. Il-Car Park tal-Iskola Primarja ikun miftuħ.
Dakinhar ma jkunx hawn quddies filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali, imma se jsiru żewġ quddisiet oħra:
- fil-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni
- fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi.
- Festa ta’ Corpus Christi: Nhar il-Ħadd wara l-quddiesa tas-7.00pm se ssir purċissjoni b’Ġesu’ Sagramentat akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Il-Car Park tal-Iskola Primarja ikun miftuħ.
- Pellegrinaġġ Marjan – Leġjun ta’ Marija: Nhar l-Erbgħa, se jsir Pellegrinaġġ Marjan organizzat mill-Leġjun ta’ Marija. Nibdew bil-quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali u wara jsir il-pellegrinaġġ li jgħaddi mit-Toroq Wied Għomor, Forrest, Mensija, Ġorġ u jinżel għall-Kappella tal-Kunċizzjoni.
- Attivita’ ta’ Fundraising – Pasta Night: Nhar il-Ġimgħa se jsir Pasta Night b’risq il-parroċċa fis-7.30pm fil-Carpark ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali jew mal-Book Centre.
- Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2010, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.