AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 28 – 29 ta’ Mejju 2016

 

  1. Corpus Christi: IL-Ħadd 29 ta’Mejju 2016 wara l-quddiesa tas-7.00pm se ssir purċissjoni b’Ġesu’ Sagramentat akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina.  Il-purċissjoni tgħaddi minn ħdejn is-sala parrokkjali, titla’ Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi fejn issir it-Talba tal-Konsagrazzjoni, induru lejn Triq Sant’ Anġlu, u tinżel minn Triq il-Karmnu, għal Triq il-Kbira sal-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija f’Telgħet B’Kara.

 

  1. Ċelebrazzjoni Marjana: Nhar it-Tlieta fil-5.30pm it-tfal kollha tal-katekiżmu, flimkien mal-ġenituri, jiltaqgħu ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi għall-purċissjoni Marjana sal-Knisja Parrokkjali fejn issir l-inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ Sidtna Marija mit-tfal.

 

  1. Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’: Fl-okkażjoni tal-125 sena anniversarju tal-Parroċċa, din is-sena, għall-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’, nhar il-Ġimgħa se ssir quddiesa fis-6.30pm (minflok fis-7.00pm) fil-Knisja Parrokkjali u wara purċissjoni b’Ġesu’ Ewkaristija akkumpanjata miż-żewġ baned tal-Parroċċa. Il-Purċissjoni tibda mill-Car Park tal-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, tinżel għal Pjazza Spinola fejn ikun hemm waqfa qasira quddiem l-istatwa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’. Wara din il-waqfa, il-purċissjoni tkompli għal Triq S. Ġorġ, Triq Mensija, Triq Forrest u wara taqbad il-Pont lura għall-Knisja Parrokkjali. Kulmin joqgħod f’dawn it-toroq huwa imħeġġeġ jżejjen il-gallarija jew quddiem il-bieb ta’ barra għall-okkażjoni. Il-Car Park tal-iskola Primarja ikun miftuħ għall-parking.

 

  1. Attivita’ ta’ fundraising: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2010, jistgħu jimlew l-applikazzjonijiet fl-Uffiċċju Parrokkjali sa l-aħħar ta’ Mejju.

About the author

Ikkummenta