AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 7 – 8 ta’ Mejju 2016

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Mensija (in-naħa ta’ ġewwa).

 

  1. Quddiesa għat-tfal/ġenituri: It-tfal kollha li jattendu l-katekiżmu ġewwa San Ġiljan, se jkollhom Quddiesa għall-Festa ta’ San Ġorġ Din se ssir minflok il-lezzjoni nhar il-Ħamis fil-5:30 pm fil-Knisja Parrokkjali. Il-ġenituri u aħwa tat-tfal huma mistiedna wkoll.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina se jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Pellegrinaġġ Marjan – Leġjun ta’ Marija: Nhar il-Ġimgħa, Festa tal-Madonna ta’ Fatima, se jsir Pellegrinaġġ Marjan organizzat mill-Leġjun ta’ Marija. Nibdew bil-quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali u wara isir il-pellegrinaġġ li jgħaddi mit-Toroq Wied Għomor, Forrest, Mensija, Ġorġ u jinżel għall-Kappella tal-Kunċizzjoni.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss se ssir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. It-tema li se tiġi diskussa dan ix-xahar hija It-talba tar-rużarju fil-familja.

 

  1. Jum Internazzjonali tal-Familja: Nhar il-Ħadd se ssir quddiesa speċjali għall-familji fid-9.30am fil-Knisja Parrokkjali. Mistednin il-familji kollha, u b’mod speċjali dawk il-koppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom dan ix-xahar.

 

  1. Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-ħames xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2010, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Attivita’ ta’ fundraising: Nhar it-Tlieta se jsir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Amoris Laetitia: Waslu xi kopji tal-Eżortazzjoni Apostolika tal-Papa Franġisku Amoris Laetita bl-Ingliż (The Joy of Love). Min jixtieq jista jixtri kopja mill-Book Centre għall-prezz ta’ €6.50.

 

  1. Jum l-Omm: Nawguraw lill-ommijiet kollha għall-Jum l-Omm.

About the author

Ikkummenta