AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 11 – 12 ta’ Ġunju 2016

 

  1. Festa ta’ Sant’Antnin: Nhar it-Tnejn fil-Knisja ta’ Lapsi, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Sant’Antnin, se ssir quddiesa fis-6.30pm bis-sehem tas-St Julian’s Choral Group. Wara jsir it-tberik u t-tqassim tal-ħobż.

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Stefan Attard fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-ħarġa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se ssir nhar il-Ġimgħa, fejn se ssir ikla l-Carrubia Restaurant ġewwa M’Xlokk. Nitilqu minn Pjazza Spinola fis-7.00pm. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.

 

  1. Jum il-Missier: Nhar il-Ħadd niċċelebraw Jum il-Missier.  Quddiesa Anniversarju Żwieġ:  Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

 

  1. Ritratti/DVDs tal-Ewwel Tqarbina: Kulmin ordna d-DVDs jew ritratti tal-Ewwel Tqarbina jista jiġborhom mill-Photocity, Triq Nofsinhar, il-Belt.

About the author

Ikkummenta