Il-Mixja ta’ Fr Gilbert Scicluna

Kif tafu, nhar il-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016 fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, tmien djakni ser jiġu ordnati saċerdoti.  Fost dawn id-djakni, ser ikun hemm Fr Gilbert Scicluna, id-djaknu li għal din l-aħħar sena kien fostna ġewwa San Ġiljan.

Gilbert Scicluna twieled tal-Pieta’ fit-13 ta’ Lulju 1990.  Huwa imrobbi fil-Kalkara fejn kien abbati għal żmien twil u anke kien attiv fil-qasam tal-Mużew tas-subien.  Huwa ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tal-Kalkara.  Minn hemm hu attenda l-kulleġġ Savio ġewwa Ħad-Dingli.  Meta temm l-istudji sekondarji tiegħu, bdiet il-mixja lejn is-seminarju.  Fiż-żmien li kien is-seminarju, huwa ta s-servizz tiegħu fil-parroċċi taż-Żejtun, ta’ Ħaż-Żabbar u l-Isla.  Għal dawn l-aħħar tnax il-xahar kellna x-xorti li jkun fostna ġewwa San Ġiljan. Pracett

F’Ottubru li għadda Gilbert ġie ordnat Djaknu u b’xorti tajba tħalla jagħti s-servizz tiegħu ġewwa San Ġiljan.  Il-kappillan dan l-aħħar ħabbar li anke wara li jiġi ordnat saċerdot, Fr Gilbert ser jibqa’ jagħti s-servizz tiegħu fil-parroċċa tagħna.  Din hija grazzja kbira speċjalment wara snin fejn kollna neqsin ħafna mis-saċerdoti.   Vestizzjoni bhala abbati fil-Vatikan

Fl-14 ta’Lulju 2016 il-parroċċa ta’ San Ġiljan ser tagħti rigal lil Fr Gilbert permezz ta’quddiesa fil-knisja parrokjali u riċeviment li jsegwi eżatt wara.  Minn din il-paġna nawguraw lil Fr Gilbert, nwegħduh it-talb tagħna u nħeġġu lil Ġiljaniżi biex jingħaqdu miegħu fl-14 ta’Lulju 2016 għal quddiesa fil-knisja parrokjali.

 

 

This slideshow requires JavaScript.

About the author

Comments

  1. L_Ghaqda Nisa Giljanizi tifrah mill-qalb lid-djakunu Gilbert Scicluna u tawgurali hafna hidma qaddisa fil-parrocca ta’San Giljan

Ikkummenta