Proġett ta’ Karita’ – 125 Anniversarju tal-Parroċċa

Reċentement, il-Kappillan Fr Claude, flimkien mal-Viċi-Kappillan Fr Paul, żaru d-Dar tal-Providenza fejn setgħu jaraw ix-xogħol li għaddej bħalissa bħala Proġett ta’ Karita’ tal-Parroċċa tagħna fl-okkażjoni tal-125 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, spjega li x-xogħol miexi ġmielu u meta titlesta, din is-sala se sservi bħala lounge area ħdejn il-kappella fejn il-familji tar-residenti ikunu jistgħu jiltaqgħu maghħom, jew inkella tkun tista tintuża bħala annex għall-kappella meta ikollhom bżonn jakkomodaw aktar nies f’attivitajiet akbar fil-kappella stess. Fr Martin irringrazzja lil dawk kollha li taw xi kontribut s’issa għal dan il-proġett li se jgħinhom ħafna b’mod prattiku. 13282383_10154134904103828_2088609107aa_o

Id-donazzjonijiet qed jinġabru mill-Kappillan sa nofs Awwissu, fejn mbagħad waqt il-ġimgħa tal-Festa, is-somma miġbura se tingħata b’donazzjoni lid-Direttur tal-Providenza.

 

Kulmin jixtieq jagħti xi donazzjoni b’risq dan il-proġett,

huwa mitlub jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali.

About the author

Ikkummenta