- Quddiesa u Adorazzjoni – Grupp Mt Tabor: Il-Grupp Kariżmatiku Mount Tabor qed jorganizza quddiesa u adorazzjoni nhar it-Tlieta fis-7.00pm fuq il-Ġibjun, Ta’ Giorni. Kulħadd huwa mistieden, b’mod speċjali l-familji kollha li joqgħodu fl-inħawi.
- Sena tal-Ħniena – Attivita’ għaż-żgħażagħ bit-tema: Fejn Sejrin?: Nhar it-Tlieta se ssir attivita’ għaż-żgħażagħ bejn it-13 u s-17-il sena. Nitilqu fis-6.30pm mill-carpark tal-Knisja Parrokkjali. L-attivita’ se tinkludi diskussjoni, pellegrinaġġ qasir lejn il-Bieb tal-Ħniena u Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Importanti li min jixtieq jattendi iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tnejn.
- Avviż dwar il-Festa: Bħalma tafu din is-sena biex infakkru l-125 anniversarju tal-Parroċċa tagħna, il-programm tal-Festa se jkun ftit differenti minn tas-soltu. Fil-fatt se jsiru żewġ manifestazzjonijiet oħra bil-vara ta’ San Ġiljan, fl-1 t’Awwissu u fl-20 t’Awwissu. Dawk kollha li jixtiequ jerfgħu l-vara f’xi waħda minn dawn il-manifestazzjonijiet, għandhom ikellmu lill-Kappillan minn qabel.