- Pellegrinaġġ Parrokkjali – Sena tal-Ħniena: Nhar il-Ħamis se jsir pellegrinaġġ tas-Sena tal-Ħniena fil-Katidral ta’ San Pawl l-Imdina. Ngħaddu mill-Bieb tal-Ħniena u wara ssir quddiesa fil-Katidral. Wara mmorru nieħdu xi ħaġa tal-ikel flimkien. Tluq fis-6.30pm mill-Carpark ħdejn il-Knisja Parrokkjali u minn ħdejn l-ispiżerija Merħba, f’ Ta’ Ġiorni. Min hu interessat jgħidilna matul dan il-weekend.
- Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina se jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
- Ċelebrazzjoni – Fr Gilbert: Nhar il-Ħamis 14 ta’ Lulju fis-7.00pm se ssir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ċċelebrata minn Fr Gilbert għall-ewwel darba fil-Parroċċa tagħna. Kulħadd mistieden għal din iċ-Ċelebrazzjoni (mhux se jintbagħtu inviti għal din l-okkażjoni). Wara qed noffru riċeviment f’ġieħ Fr Gilbert fil-Car Park ħdejn il-Knisja Parrokkjali.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.