- Jum it-Tħabbira tal-Festa: Nhar it-Tnejn 1 t’Awwissu, nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet għall-Festa Titulari. Fis-7.00pm ser issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jsir il-ħruġ tal-vara ta’ San Ġiljan min-niċċa u manifestazzjoni bil-vara mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja ta’ Lapsi fejn tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan.
- Buffet Dinner: It-Tlieta 9 ta’ Awwissu fit-8.30pm, ser norganizzaw Buffet Dinner bħala fundraising b’risq il-parroċċa ħdejn il-pool tal-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Book Centre jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
- Korsijiet ta’ Formazzjoni: L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastoraliu diversi istituti ohra se jorganizzaw korsijiet ta’ formazzjoni li se jibdew f’Ottubru li gej. Hemm korsijiet varji hafna. Ghal aktar informazzjoni ara il-website maltapfi.org.