- Ċelebrazzjoni – Fr Gilbert: Nhar il-Ħamis fis-7.00pm se ssir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ċċelebrata minn Fr Gilbert għall-ewwel darba fil-Parroċċa tagħna. Kulħadd mistieden għal din iċ-Ċelebrazzjoni (mhux se jintbagħtu inviti għal din l-okkażjoni). Wara qed noffru riċeviment f’ġieħ Fr Gilbert fil-Car Park ħdejn il-Knisja Parrokkjali. (Il-Car Park tal-iskola primarja ikun miftuħ).
- Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali
- Applikazzjonijiet għal xi skejjel tal-Knisja tas-Subien: Il-Kurja tixtieq tavża li għad baqa xi postijiet għall-ewwel sena sekondarja f’xi skejjel tal-Knisja tas-Subien. Għalhekk nhar it-Tlieta filgħodu (12 ta’ Lulju) fil-Kurja, il-Furjana, se jintlaqgħu l-applikazzjonijiet. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org jew in-noticeboards tal-Knisja Parrokkjali.