AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 13 – 14 ta’ Awwissu 2016

  1. Festa ta’ Santa Marija: Nhar it-Tnejn/għada niċċelebraw is-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema – Festa Kmandata.  Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd: 8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am u 7.00pm. Lejliet il-Festa, għada filgħaxija/illejla, il-quddiesa tas-7.00pm tkun il-Vġili ta’ din is-Solennita’ u tgħodd għall-obbligu tal-quddies ta’ din il-Festa.
  1. Festa ta’ San Ġiljan:
  • Nhar il-Ġimgħa fit-8.00pm fil-Knisja ta’ Lapsi, ser isir programm ta’ mużika sagra ddedikata lill-Qaddis Patrun tagħna San Ġiljan mill-Banda Spinola li jinkludi l-premiere tal-‘Innu l-Kbir lil San Ġiljan Ospitalier’. Kulħadd mistieden.
  • Nhar is-Sibt, Jum id-Dilettanti tal-Festa, fis-6.30pm ser issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi. (Dakinhar il-quddiesa tas-6.30pm ma ssirx fil-Knisja Parrokkjali, iżda ssir biss dik tat-7.45pm.)

Wara l-quddiesa, fis-7.30pm ser issir purċissjoni bil-vara titulari ta’ San Ġiljan           mill-Knisja ta’ Lapsi lejn il-Knisja Parrokkjali tul xi toroq tal-Parroċċa. Aktar             dettalji jinsabu fil-website u facebook tal-parroċċa kif ukoll fil-Ktieb                 tal-Festa u n-noticeboards.

  • Nhar il-Ħadd, Jum il-Familja, fis-7.00pm ser issir quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa ssir ukoll il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Dawk kollha li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom f’din il-quddiesa, huma mitluba jċemplu l-uffiċċju parrokkjali biex jagħtu d-dettalji tagħhom.
  1. Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.
  1. Ktieb tal-Festa: Dawk kollha li jixtiequ kopja tal-ktieb tal-Festa jistgħu jiksbu kopja mill-Book Centre. Hemm ukoll għal bejgħ affarijiet oħra relatati mal-Festa bħal keychains, magnets, ritratti, stickers, kotba tat-tpinġija, kurunella u bnadar.
  1. Jum l-Anzjani – quddiesa fil-ġimgħa tal-Festa: Dawk l-anzjani li għandhom bżonn it-trasport għall-quddiesa li ser issir nhar it-Tlieta 23 t’Awwissu fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi, mitluba jċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex jinfurmawna minn qabel.

About the author

Ikkummenta