- Buffet Dinner: It-Tlieta fit-8.30pm, ser norganizzaw Buffet Dinner bħala fundraising b’risq il-parroċċa ħdejn il-pool tal-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Book Centre sal-Ħadd filgħaxija.
- Festa ta’ S. Klara: Nhar il-Ħamis, is-Sorijiet Klarissi jistidnuna niċċelebraw magħhom il-Festa ta’ Santa Klara fil-Monasteru tagħhom f’San Ġiljan. Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.
- Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
- Festa ta’ San Ġiljan: Nhar is-Sibt, nkomplu biċ-ċelebrazzjonijiet tal- Festa. Fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola. Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa fit-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan: Dawk kollha li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom lil San Ġiljan fil-Quddiesa għall-familji fil-ġimgħa tal-festa huma mitluba jċemplu l-uffiċċju parrokkjali biex jagħtu d-dettalji tagħhom.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.
- Ktieb tal-Festa: Dawk kollha li jixtiequ kopja tal-ktieb tal-Festa jistgħu jiġbru kopja mill-Book Centre. Hemm ukoll għal bejgħ affarijiet oħra relatati mal-Festa bħal keychains, magnets, ritratti, stickers, kotba tat-tpinġija, kurunella u bnadar.