Programm tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier Awwissu 2016

 

It-Tnejn 1 ta’ Awwissu

Jum it-tħabbira tal-Festa

Bidu taċ-Ċelebrazzjonijiet għall-Festa Titulari

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa bis-sehem tas-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-Kappillan, Fr Claude Portelli. Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa u manifestazzjoni bil-vara mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi). Il-vara, akkumpanjata mis-Salesian Boys Brigade, tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Wied Għomor, Pjazza Spinola, Triq il-Kbira, Triq S. Elija, Triq Sant’Anġlu sal-Knisja ta’ Lapsi. Malli tidħol il-vara fil-Knisja ta’ Lapsi, titkanta l-antifona Beate Juliane 1847, tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan.DSC_0192

 

Is-Sibt 13 ta’ Awwissu

6.45pm Il-vara ta’ San Ġiljan tas-Soċjeta’ Mużikali Spinola titlaq fuq dgħajsa mill-pont tal-Qaliet. Il-vara tkun akkumpanjata minn inġenji tal-baħar. Mad-dħul tal-vara f’Xatt is-Sajjieda jitkanta l-innu popolari.

 

7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-Kappillan Fr Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Il-quddiesa tkun animata minn Andrew Cauchi. Wara l-quddiesa jkun hemm attività fl-istess post.

 

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Awwissu

8.00pm  Programm ta’ mużika sagra ddedikata lill-Qaddis Patrun San Ġiljan mill-Banda Spinola li jinkludi l-premiere tal-‘Innu l-Kbir lil San Ġiljan Ospitalier’, mużika tas-Surmast Onorarju Andrew Coleiro, u versi ta’ Anselm Sciberras, fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi). Il-banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Aldo Minuti. Il-programm qed jittella’ mis-Soċjeta` Mużikali Spinola bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni 125 Sena Parroċċa u l-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi.DSC_0172aaa

 

Is-Sibt, 20 ta’ Awwissu

Jum id-Dilettanti tal-Festa

6.30pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li  jġibu isem il-patrun San Ġiljan. (Dakinhar il-quddiesa tas-6.30pm ma ssirx fil-Knisja Parrokkjali, iżda ssir biss dik tat-7.45pm)

 

7.00pm Marċ mill-Baned San Ġiljan u Spinola bħala Massed Band minn quddiem il-Monument ta’ San Ġiljan f’Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù għal Triq il-Kbira, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi.

 

7.30pm Purċissjoni bil-vara titulari ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi lejn il-Knisja Parrokkjali, li tgħaddi minn Triq Lapsi, Titla sa Telgħrt Birkirkara,  tinżel Telgħet Birkirkara, Triq Sant’Anġlu, Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira, Pjazza Spinola, Triq Wied Għomor sal-Knisja Parrokkjali. Malli tidħol il-vara fil-Knisja Parrokkjali, titkanta l-antifona Beate Juliane 1847, tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan.

 

 

Il-Ħadd, 21 ta’Awwissu

Jum il-Familja

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa il-Kappillan Fr Claude Portelli.KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

 

It-Tnejn, 22 ta’ Awwissu

Jum il-Karita’

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa fejn se tingħata l-offerta li nġabret mill-Parroċċa għall-proġett ta’ karita’ b’risq id-Dar tal-Providenza. Janima is-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.

 

 KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERAIt-Tlieta, 23 ta’ Awwissu

Jum l-Anzjani u l-Morda

6.30 pm Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Il-quddiesa tkun immexxija minn Fr Gilbert Scicluna, Saċerdot Novell, u animata mis-St Julian’s Choral Group.

Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.

Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa xorta waħda fil-Knisja Parrokkjali.

 

L- Erbgħa, 24 ta’ Awwissu

Jum it-Tfal

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal mill-Viċi Kappillan, Fr. Paul Mizzi, animata mis-St. Julian’s Children’s Choir. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda.DSC_0210

Wara ssir manifestazzjoni għat-tfal bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola.DSC_0306

 

Il-Ħamis, 25 ta’ Awwissu

Jum l-Għaqdiet

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa ser tiġi ċċelebrata mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawl Cremona O.P., u ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group. Wara l-quddiesa titkanta l-antifona Beate Juliane u ċ-ċelebrazzjoni tintemm bil-kant tal-innu popolari.

 

F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom lill- Kappillan, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karita’ tal-Parroċċa.

 

 Il-Ġimgħa, 26 ta’ Awwissu

Jum il-Komunitajiet Reliġjużi

6.30pm Quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi għall-komunitajiet reliġjużi tal-Parroċċa, l-unita’ pastorali u l-inħawi, li fiha jsir talb speċjali għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Jiċċelebra l-quddiesa il-W.R. Patri Joseph Saliba O. Carm, Kappillan tal-Parroċċa Madonna tal-Karmnu, Balluta. Janimaw il-quddiesa s-St Julian’s Choral Group.

Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Innu tal-Istrofi ‘Nominem Insignem’ u l-Antifona ‘Beate Juliane 1847’. Fl-għeluq tingħata l-Barka Sagramentali u jsir il-bews tar-Relikwa.

Jieħdu sehem l-orkestra u l-kanturi taħt it-tmexxija tal-W.R. Mons. Ġwann Galea. Tiġi esegwita mużika mill-Cappella Nani.

7.00pm Quddiesa letta fil-Knisja ParrokkjaliDSC_0172

 

Is-Sibt, 27 ta’ Awwissu

Lejliet il-Festa

5.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) mmexxija minn Fr Gilbert Scicluna, Saċerdot Novell.

 

5.45pm Translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) sal-Knisja Parrokkjali mmexxija mill- W.R. Prepostu ta’ Birkirkara Dun Vinċenz Cachia u r-Reverendissimu Kapitlu tal-Perinsinji Kolleġġjata ta’ Sant’Elena, Birkirkara, tul dawn it-toroq: Triq Lapsi, Triq il-Kbira, Pjazza Spinola, Triq Wied Għomor sal-Knisja Parrokkjali.DSC_0008

 

Wara t-Translazzjoni issir Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex flimkien mal-Prepostu u r-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena, Birkirkara u l-kleru tal-parroċċa. Jieħdu sehem l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai. Tiġi eżegwita l-quddiesa Messa del Vescovo tal-Mro Paolo Nani (li ser tindaqq għall-ewwel darba fil-parroċċa tagħna.) Illum ma ssirx il-quddiesa fit-7.45pm.

 

 

Il-Ħadd, 28 ta’ Awwissu

Jum il-Festa

Il-ħin tal-quddies: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am (minflok tal-12.15pm)

 

9.30am Fil-Knisja Parrokkjali, Quddiesa Pontifikali mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita` ta’ Malta flimkien mal-kleru tal-parroċċa. Jattendu għall-quddiesa, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta u s-Sur Edgar Preca. Il-quddiesa tkun animata mill-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai. Tiġi eżegwita l-quddiesa Mass in G Major ta’ Schubert.

 

6.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali qabel il-ħruġ tal-purċissjoni.

7.00pm Ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ San Ġiljan, immexxija mill-W.R. Kan. Nicholas Doublet, Kanċillier tar-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Sant’Elena, Birkirkara. Jingħata salut mill-kaċċaturi. Is-Soċjeta’ Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule Banda Kristu Re, Paola iddoqq l-innu popolari u wara takkumpanja l-purċissjoni matul it-toroq: Forrest, Mensija, San Ġorġ, il-Kbira, Lapsi, Sant’Anġlu, Telgħet Birkirkara, il-Kbira u Ġorġ Borg Olivier.DSC_0163

 

8.00pm Marċ mill-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara tul Triq Ġorġ Borġ Olivier. Wara tilqa’ l-istatwa titulari ta’ San Ġiljan fil-pjazza u takkumpanjaha sal-knisja.

 

10.15pm Il-Ġiljaniżi jkunu jistgħu jerfgħu l-vara ta’ San Ġiljan tul Triq Wied Għomor sal-pont tal-knisja.

 

11.00pm Dħul tal-purċissjoni fil-knisja, milqugħa bil-kant tal-antifona Beate Juliane ta’ Dr. Paolo Nani mill-Amadeus Chamber Choir. Wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u jitkanta l-Innu ta’ San Ġiljan.

Il-Ħamis 1 ta’ Settembru

125 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa (01.09.1891) – Jum ta’ Ringrazzjament

7.00pm – Fil-Knisja Parrokkjali se tiġi ċċelebrata quddiesa mmexxija mill-W.R. Mons Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, flimkien mal-Kappillan u l-kleru u ex-Kappillani tal-parroċċa, u saċerdoti li qed jagħtu jew taw is-servizz tagħhom lill-parroċċa tul iż-żmien. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta l-innu ta’ radd il-ħajr Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla f’għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa.

Il-knisja parrokjali l-antika magħrufa bħala Ta'Lapsi. Ritratt meħud minn ġonna privati.
Il-knisja parrokjali l-antika magħrufa bħala Ta’Lapsi. Ritratt meħud minn ġonna privati.

Dakinhar tiddaħħal l-istatwa titulari lura fin-niċċa waqt il-kant tal-Innu Popolari ta’ San Ġiljan. Janimaw il-quddiesa s-St Julian’s Choral Group taħt it-tmexxija tas-Sur Pio Dalli.

 

About the author

Ikkummenta