AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 10 – 11 ta’ Settembru 2016

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Ġabra – Caritas għall-Vittmi tat-Terremot: Fil-ġabra li saret il-weekend li għadda b’risq il-vittmi tat-terremot fl-Italja, inġabret is-somma sabiħa ta’ €3752. Nirringrazzjawkom mill-qalb.

About the author

Ikkummenta