- St Julian’s Children’s Choir: Nhar it-Tnejn bejn l-4.00pm u l-5.30pm ser issir Open Day fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II għal dawk it-tfal kollha li jixtiequ jafu aktar dwar il-kor tat-tfal. Il-kor huwa miftuħ għat-tfal kollha ta’ bejn 6 snin u 15-il sena. Kulħadd mistieden.
- Attivita’ ta’ fundraising: Nhar l-Erbgħa ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Laqgħa ta’ Formazzjoni: Nhar il-Ġimgħa ser issir laqgħa ta’ formazzjoni għal-letturi kollha fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jindirizza l-laqgħa Fr Kevin Schembri.
- Avviż mill-Kunsill Lokali – Tilqima tal-influwenza: Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan javża illi kull min għandu ‘l fuq minn 55 sena u huwa interessat li jieħu t-tilqima tal-influwenza, mitlub iċempel lill-Kunsill fuq in-numru tat-telefon 21373111 jew 21375376 sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru 2016.
- Undivided – A Christian Celebration: Nhar il-Ħadd 2 t’Ottubru 2016 ser issir Ċelebrazzjoni Nisranija fil-5.00pm ġewwa l-anfiteatru tal-iSmart City fejn ser ikun hemm diversi kelliema, żfin u programm mużikali minn diversi bands fosthom Fr Rob Galea, il-Y4J Band u Pilgrim & King. Għal aktar informazzjoni u biljetti araw il-website: ticketline.com.mt
- Connections Teens: Infakkrukom fil-laqgħat għall-adoloxxenti li għandhom 13-il sena u ‘l fuq. Dawn il-laqgħat qed isiru kull nhar t’Erbgħa fis-Sala ħdejn il-carpark tal-Knisja Parrokkjali fit-7.45pm u mix-xahar t’Ottubru se jibdew jieħdu format ftit differenti mis-soltu. L-adolexxenti kollha mistednin.