- Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser terġa’ tibda ssir il-ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.
- Ftuħ tas-Sena Kateketika: Nhar it-Tlieta u nhar il-Ħamis (skont il-klassijiet tal-katekiżmu) se jsiru l-ewwel laqgħat għat-tfal u l-ġenituri fil-5.30pm fil-Knisja Parrokkjali.
- Festa ta’ S. Fawstina Kowalska: Nhar l-Erbgħa, fis-6.00pm fil-Knisja Parrokkjali ikun hawn Adorazzjoni u fis-7.00pm quddiesa f’ġieħ S. Fawstina Kowalska organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.
- Festa tal-Madonna tar-Rużarju: Il-Ġimgħa, wara l-quddiesa tas-7.00pm toħroġ il-Purċissjoni aux flambeaux tal-Madonna tar-Rużarju.
- Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.
- Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan javża li qed jieħdu d-dettalji ta’ min hu interessat li jattendi d-Day Care Centre ġewwa tas-Sliema. Kull min hu nteressat jew irid aktar informazzjoni ghandu jikkuntatja l-Ufficcju tal-Kunsill fuq in-numri tat-telefon 21373111 u 21375376.
- Connections Teens: Infakkrukom fil-laqgħat għall-adoloxxenti li għandhom 13-il sena u ‘l fuq. Dawn il-laqgħat qed isiru kull nhar t’Erbgħa fis-Sala ħdejn il-carpark tal-Knisja Parrokkjali fit-7.45pm u minn nhar l-Erbgħa se jibdew jieħdu format ftit differenti mis-soltu. L-adolexxenti kollha mistednin.