AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 22 – 23 ta’ Ottubru 2016

 

  1. Griżma tal-Isqof:
  • Bħala preparazzjoni għall-Griżma, nhar il-Ħamis ser ikun hawn is-servizz tal-qrar fil-Knisja Parrokkjali mill-5.30pm sas-7.00pm għat-tfal tal-Griżma flimkien mal-ġenituri u l-parrini.
  • Nhar il-Ħadd fil-5.30pm issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni l-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna.

Il-quddiesa tas-6.30pm issir fil-Knisja ta’ Lapsi.

 Il-parking tal-iskola primarja jkun miftuħ.

 

  1. Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Ministri tat-Tqarbin: Nhar il-Ġimgħa ser issir it-tieni laqgħa ta’ formazzjoni għall-Ministri tat-Tqarbin kollha fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jindirizza l-laqgħa Patri Christopher Caruana O.P.

 

  1. Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk mill-Ħadd li ġej 30 ta’ Ottubru, il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.

 

  1. Ġabra – Hospice Malta: Hospice Malta jixtiequ jirringrazzjaw ħafna lill-parruċċani kollha li kkontribwew il-weekend li għadda fil-ġbir li sar b’risq il-ħidma tal-Hospice. Inġabret is-somma sabiħa ta’ €1,656. Grazzi lil kulħadd.

 

  1. Ġublew tal-Familja: Nhar il-Ħadd il-Knisja f’Malta ser tiċċelebra Ġublew tal-Familja bit-tema “Il-Familja Benniena ta’ Ħniena” fis-Seminarju Tal-Virtu. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fid-9.00am b’quddiesa mill-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna u wara preżentazzjoni tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Amoris Laetitia bil-Malti. Wara jkun hemm programm sħiħ ta’ attivitajiet, servizzi u diversi kelliema matul il-ġurnata kollha. Aktar informazzjoni tinsab fuq in-noticeboards tal-Parroċċa. Kulħadd mistieden.

 

  1. Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan qed isejjaħ laqgħa konsultattiva mar-residenti ta’ Paceville u San Ġiljan dwar il-Master Plan ta’ Paceville. Din il-laqgħa ser issir nhar il-Ġimgħa 28 t’Ottubru fis-7.00pm ġewwa l-Millennium Chapel. Il-laqgħa ser tkun miftuħa għar-residenti ta’ Paceville u San Ġiljan.

About the author

Ikkummenta