Bħalissa għaddej xogħol ta’restawr fuq il-qabar tas-Santissimu Sagrament fic-Ċimiterju tal-Addolorata, Il-proġett qed isir f’fażijiet differenti. L-ewwel it-tindif taċ-ċinta, tas-superficial slope u tal-gwarniċa u faċċati kollha. Wara jsir it-tindif tal-kapitelli doriċi, tal-kapitelli, tal-gwarniċa, tal-pilastri (inkluż il-bażi ta’taħt). Meta jitlesta x-xogħol ta’tindif, ikun imiss li jitneħħew l-imsiemer u l-ħadid u jsir konsolidament tal-fili. Imbagħad ikun hemm re-pointing u plaster re-paint. Hawnhekk jittellgħu partijiet nieqsa mill-iskultura. Wara dan kollu, ssir kopertina li hija kisja fuq il-gwarniċa biex l-ilma joħroġ minn ġol-gwarniċa u ma jkomplix jakkumula mat-timpanu, mal-gwarniċa u mal-kumplament tal-arkitettura. Wara dan kollu, tista’ tgħid li x-xogħol ikun għad fadallu l-aħħar irtokki ta’ velatura.
Dan ix-xogħol ser jiswa’ Eur 1,000 u kien hemm bżonn kbir li jsir anke sabiex ma ssirx aktar ħsara lill-iskultura. Kulmin jixtieq jagħti xi kontribuzzjoni għal dan il-proġett mitlub ikellem lill-kappillan. Nappellaw li dawk li għandhom qraba midfuna f’dan il-qabar biex jgħinu mill-aħjar li jistgħu permezz ta’donazzjonijiet lill-kappillan.