- Ħarġa – Dar tal-Providenza: Issa li tlesta l-Proġett ta’ Karita’ tal-125 sena Anniversarju tal-Parroċċa b’risq id-Dar tal-Providenza, ser norganizzaw ħarġa għal kulħadd, flimkien mal-Grupp Ħbiberija, fejn ser inżuru l-kmamar fid-Dar tal-Providenza fejn sar ix-xogħol ta’ refurbishment iffinanzjat mid-donazzjoni tal-Parroċċa. Il-ħarġa ser issir nhar il-Ġimgħa u nibdew b’quddiesa fl-10.30am id-Dar tal-Providenza stess. Ser ikun hemm it-trasport fl-9.45am minn Pjazza Spinola. Iktar dettalji jinsabu fuq in-noticeboards tal-Parroċċa. Importanti li min jixtieq jibbukkja, jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.
- Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fil-11.00am fejn isir talb speċjali għali
- Festa ta’ Kristu Re: Nhar il-Ħadd, Festa Liturġika ta’ Kristu Re, se jsir l-għeluq tas-Sena tal-Ħniena f’quddiesa kkonċelebrata mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Katidral tal-Imdina fis-6.00pm. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.
- Għaqda Nisa Ġiljaniżi – Coffee Morning: Nhar il-Ħamis, l-Għaqda Nisa Ġiljaniżi qed torganizza Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fl-9.45am il-Plaza Hotel, tas-Sliema. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-helpers tal-Għaqda.
- Cake Sale b’risq il-Parroċċa: Il-weekend li ġej ser isir Cake Sale b’risq il-Parroċċa. Dawk kollha li jistgħu jagħmlu/jagħtu xi cake jew affarijiet tal-ħelu b’donazzjoni, mitluba iġibuhom l-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Grazzi.