AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 26 – 27 ta’ Novembru 2016

 

  1. Adorazzjoni – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2016 , l-Ewwel Ħadd tal-Avvent, ser issir adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fis-7.15pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden għal dan il-ħin ta’ talb flimkien.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Se nipprovdu ukoll is-servizz tal-Qrar.

 

  1. Irtir: Nhar il-Hamis 8 ta’ Diċembru (Festa Pubblika) se norganizzaw nofstanhar irtir għall-Avvent,l-Oratorju tal-MSSP, B’Kara mid-9.30am sas-1.00pm. Se jmexxi l-irtir Fr Christopher Caruana OP  u l-programm se jinkludi quddiesa. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Christmas Buffet Dinner: Il-Parroċċa qed torganizza Christmas Buffet Dinner nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru fit-8.00pm l-Antonio’s Restaurant fil-Lukanda Golden Tulip Vivaldi, f’Paceville. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-Book Centre.

 

  1. Bejgħ ta’ Ponsjetti u affarijiet tal-Milied: Il-weekend li ġej ser ikun hawn il-ponsjetti għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Infakkru  li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Candlelight March: Nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru ser issir attivita’ favur il-ħajja, Candlelight March – Light a Candle for Life. L-attivita’ tibda fil-5.30pm quddiem Kastilja, il-Belt.

About the author

Ikkummenta