Jintemm proġett ieħor ta’restawr

Propju eżatt fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru jiġi fi tmiemu ix-xogħol kbir ta’ manutenzjoni u restawr fuq il-qabar tal-fratellanza tas-Santissimu Sagrament ta’ San Ġiljan, li jinsab fiċ-ċimiterju tal-Addolorata.

Kien ilu jberren f’moħħ il-kappillan Dun Claude Portelli biex jiġi restawrat dan il-qabar, u fl-aħħar din il-ħolma saret realta’.  Ix-xogħol sar kollu mis-sur Gordon Cilia li huwa mħarreġ sew f’dan ix-xogħol.20161031_123457-copy

Ir-restawratur qed jirrakomanda li dan il-qabar u l-monument jigi mmoniterjat tal-inqas darba f’sena minħabba l-elementi li jinsabu fil-post fejn qiegħed il-monument. Barra minn hekk il-monitoring jeħtieġ li jsir anke minħabba l-ġebla ratba li ntużat biex isiru l-kolonni . Il-monitoring jgħin ukoll biex il-monument jibqa’ fi stat ta’ preservazzjoni tajba. Jekk jgħaddu ħames snin mingħajr monitoring jista’ jkun li ssirlu ħsara ta’ natura ikbar. L-intervent li twettaq issa iservi ftit fit-tul pero’ dan mhux importanti għax il-ġebla tal-kolonna hija fraġli. Tista’ ssir ħsara mhux biss lill- kolonni izda anke lill-istruttura kollha. Madanakollu, jekk isir il-monitoring, il-ħsara tinqabad kmieni u tkun tista’ tiġi rimedjata.20161031_123701-copy

Nirringrazzjaw lil Gordon Cilia tax-xogħol li sar u nappellaw lill-Ġiljaniżi, speċjalment dawk li għandhom qraba midfuna f’dan il-qabar, biex jgħinu lill-kappillan ħalli tibqa’ ssir il-manutenzjoni meħtieġa u regolari.

Dan ir-restawr jiżdied ma’ lista sħiħa ta’restawr li qed isiru fi żmien il-parrokkat ta’ Dun Claude Portelli.  Dun Claude ser jibqa’ magħruf bħala l-kappillan tar-restawr ta’wirt missirijietna !!

 

 

About the author

Ikkummenta