- Grupp Ħbiberija – Ikla għall-Milied: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi ser issir ikla għall-Milied nhar il-Ġimgħa għall-membri tal-Grupp Ħbiberija. Kulmin jixtieq aktar dettalji jew min jixtieq jibbukkja, għandu jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal fejn isir ukoll it-tberik tal-Bambini.
- Quddiesa u Kunċert tal-Milied: Nhar it-Tlieta 20 ta’ Diċembru fis-7.00pm ser issir quddiesa u wara Kunċert tal-Milied mill-Malta Opera Ensemble fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
- Quddiesa tal-Milied għall-Kummissjonijiet u Għaqdiet tal-Parroċċa: Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru, bħala preparazzjoni għall-Milied, il-Kummissjonijiet u l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa mistiedna għall-quddiesa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa ikun hemm ukoll il-Lectio Divina mmexxija minn Fr Stefan.
- Bejgħ ta’ Mince Pies u affarijiet tal-Milied: Dal-weekend għandna l-Mince Pies għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.
- Kummissjoni Djakonija: Infakkru li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija; min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.