- Quddiesa u Kunċert tal-Milied: Nhar it-Tlieta fis-7.00pm ser issir quddiesa u wara Kunċert tal-Milied mill-Malta Opera Ensemble fil-Knisja ta’ Lapsi. Wara jkun hemm riċeviment. Kulħadd mistieden.
- Quddiesa tal-Milied għall-Kummissjonijiet u Għaqdiet tal-Parroċċa: Nhar l-Erbgħa, bħala preparazzjoni għall-Milied, il-Kummissjonijiet u l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa mistiedna għall-quddiesa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali.
Wara l-quddiesa ikun hemm ukoll il-Lectio Divina mmexxija minn Fr Stefan.
- Purċissjoni tal-Milied: Nhar il-Ħamis fis-5.45pm ikun hawn il-purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin li tibda’ mill-M.U.S.E.U.M.
- Lejlet il-Milied:
- Wara l-quddies tad-9.00am ikun hemm is-servizz tal-qrar fil-Knisja Parrokkjali.
- Quddies: Kappella tal-Kunċizzjoni: 5.30pm Quddiesa
Knisja ta’ Lapsi: 9.00pm Quddiesa
Knisja Parrokkjali: 6.30pm Quddiesa tal-Vġili
11.00pm Għanjiet tal-Milied
Priedka tat-tfal
Quddiesa ta’ nofsillejl
Il-Car Park tal-Iskola Primarja jkun miftuħ mill-10.00pm sa wara l-quddiesa ta’ nofsillejl.
- Bejgħ ta’ affarijiet tal-Milied: Infakkru li l-Book Centre għandhom għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.