- Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.
- Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Nhar il-Ħamis niċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u l-ħin tal-quddies ikun bħal fost il-ġimgħa. Il-quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni tkun fil-5.30pm.
Dakinhar se norganizzaw ukoll nofstanhar irtir għall-Avvent, l-Oratorju tal-MSSP, B’Kara mid-9.30am sas-1.00pm. Se jmexxi l-irtir Fr Christopher Caruana OP u l-programm se jinkludi quddiesa. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħodu.
- Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Mal-ħarġa tax-xahar ta’ Diċembru se jitqassam b’rigal il-kalendarju tal-Parroċċa għas-sena 2017.
- Bejgħ ta’ Ponsjetti u affarijiet tal-Milied: Infakkru li hawn il-ponsjetti għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.
- Kummissjoni Djakonija: Infakkru li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija; min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Bookings għal quddies fl-2017: Bħalissa qed nieħdu bookings għall-intenzjonijiet tal-quddies għas-sena d-dieħla 2017. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw xi quddiesa għandhom iċemplu l-uffiċċju parrokkjali u jkellmu lil Fr Paul.
- Fix-xahar ta’ Novembru għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Giuseppe Dalli, George Casha, George Cini, Theresa Darmenia Grech u Maria Gatt. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…