L-Arċisqof-Emeritu jingħata l-kumpann tal-Unur fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu

L-Arċisqof-Emeritu Pawlu Cremona ngħata l-ogħla ġieħ fl-ogħti ta’ midalji u unuri waqt iċ-ċerimonja tal-investitura fix-xirka ġieħ ir-Repubblika.

Kull sena, f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Jingħata ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ internazzjonali, jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-gżejjer Maltin.

Din is-sena, iċ-ċerimonja ta’ investitura saret fil-Palazz tal-Belt Valletta, f’Jum ir-Repubblika, wara l-Parata Ċerimonjali f’Mistaħ San Ġorġ.

About the author

Ikkummenta