AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 ta’ Jannar 2017

 

  1. Festa Liturġika ta’ San Ġiljan:
  • Nhar il-Ħamis, fid-8.40am, ser issir purċissjoni għat-tfal tal-Iskola Primarja bil-vara ż-żgħira ta’ San Ġiljan, mill-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata minn elementi bandistiċi fi ħdan is-Soċjeta` Banda Spinola. Wara ssir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi għall-istess tfal.

 

  • Nhar il-Ġimgħa, Festa Liturġika ta’ San Ġiljan, fis-6.30pm, ser issir quddiesa tal-Festa fil-Knisja Parrokkjali b’animazzjoni mis-St Julian’s Choral Group. Fis-7.30pm, wara l-quddiesa, jingħata bidu għall-marċ mill-Banda Spinola miz-zuntier tal-Knisja.

 

  • Nhar il-Ġimgħa fit-8.00pm, fl-okkażjoni ta’ għeluq id-90 sena mit-twaqqif tal-Każin tal-Banda San Ġiljan, ser jittella kunċert vokali u strumentali fil-Katidral dedikat lil San Pawl ġewwa l-Imdina. Ser ikun hemm it-trasport minn Pjazza Qalb ta’ Ġesu fi Spinola eżatt wara il-quddiesa tas-6.30pm. Aktar informazzjoni tinsab fin-noticeboards.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fl-inħawi ta’ The Gardens u l-Kappara. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Coffee Morning: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se tkun Coffee Morning u ser issir nhar il-Ġimgħa filgħodu l-Lukanda Plaza, tas-Sliema. Ser ikun hemm it-trasport fid-9.30am minn Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.

 

  1. Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja: Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja minn ‘Applikanti oħra’ minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti. Informazzjoni dettaljata tista tinkiseb mir-‘Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja’ li jinsabu fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org

About the author

Ikkummenta