AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 28 – 29 ta’ Jannar 2017

 

  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar it-Tlieta fis-7.00pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Il-laqgħa ser issir fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M. fi Triq Lapsi, San Ġiljan.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’dawn it-toroq il-Kappara: Seqer, Spanjulett, Kuċċard, Klarissi, Qalb Imqaddsa u parti minn Triq il-Barbaġann. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
  • Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  • Mit-8.30pm sas-2.00am ser issir Velja ta’ Talb fil-Kappella tal-Kunċizzjoni mill-Alleanza tal-Familja Mqaddsa.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.

 

  1. Ċentru Parrokkjali: Fil-jiem li ġejjin, ser jinbeda x-xogħol taċ-Ċentru Parrokkjali l-ġdid fejn ser jibda jitwaqqa t-taraġ ta’ ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Għaldaqstant, minħabba raġunijiet ta’ sigurta’, mhux ser ikun hemm aċċess għall-Knisja Parrokkjali min-naħa tal-pont, imma minflok wieħed jista’ juża l-lifts tal-carpark il-ġdid.

About the author

Ikkummenta