- Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’dawn it-toroq Triq B’Kara u Triq M.A. Cagiano. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.
- Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa u ser tkun ħarġa sal-Imdina fejn ser ikollna quddiesa flimkien u wara ikla il-Peristyle Restaurant. Ser ikun hemm it-trasport fid-9.30am minn Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.
- Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Ċentru Parrokkjali u parkeġġ fi Spinola Car Park:
Nhar it-Tnejn li ġej/għada ser jinbeda x-xogħol taċ-Ċentru Parrokkjali l-ġdid fejn ser jibda jitwaqqa t-taraġ ta’ ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Għaldaqstant, minħabba raġunijiet ta’ sigurta’, mhux ser ikun hemm aċċess għall-Knisja Parrokkjali min-naħa tal-pont, imma minflok wieħed jista’ juża l-lifts tal-carpark il-ġdid biswit il-Knisja Parrokkjali (Spinola Car Park).
Bi pjaċir navżaw ukoll li l-operaturi ta’ Spinola Car Park, ġentilment qed joffru sagħtejn parkeġġ b’xejn għal dawk il-parruċċani kollha li jipparkjaw fil-Car Park waqt li jkunu qed jattendu l-quddies fil-Knisja Parrokkjali matul il-weekend. Wieħed ikun irid jiġbor biljett apposta wara l-quddiesa. Nirringrazzjaw bil-quddiem lill-operaturi ta’ Spinola Car Park.