AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ Frar 2017

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa ser issir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Stefan Attard fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’dawn it-toroq Triq il-Baltiku u Triq Ta’ Marmora’ u Triq G. Buontempo. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Ċentru Parrokkjali u parkeġġ fi Spinola Car Park:

Kif avżajna l-ġimgħa l-oħra, ix-xogħol taċ-Ċentru Parrokkjali l-ġdid beda u qiegħed jitwaqqa t-taraġ faċċata l-Knisja Parrokkjali. Infakkru li għal raġunijiet ta’ sigurta’, għalissa m’hawnx aċċess għall-Knisja Parrokkjali min-naħa tal-pont, imma minflok wieħed jista’ juża l-lifts tal-carpark il-ġdid biswit il-Knisja Parrokkjali (Spinola Car Park).

Napprezzaw li dan qed ikun ta’ inkonvenjent għal min kien jiġi l-knisja min-naħa tal-pont u għaldaqstant infakkru li fil-Kappella tal-Kunċizzjoni ikun hemm quddiesa kuljum fil-5.30pm u ser tibda ssir quddiesa ukoll nhar ta’ Sibt fil-5.30pm ukoll.

Infakkrukom ukoll li l-operaturi ta’ Spinola Car Park, ġentilment qed joffru sagħtejn parkeġġ b’xejn għal dawk il-parruċċani kollha li jipparkjaw fil-Car Park waqt li jkunu qed jattendu l-quddies fil-Knisja Parrokkjali matul il-weekend. Wieħed ikun irid jiġbor biljett apposta wara l-quddiesa. Nirringrazzjaw lill-operaturi ta’ Spinola Car Park.

About the author

Ikkummenta