- L-Erbgħa tal-Irmied: Jum ta’ Sawm u Astinenza. Wara il-quddiesa tas-6.30pm issir Adorazzjoni tas-Salib fil-Knisja Parrokkjali. Ikun hemm ukoll is-servizz tal-Qrar.
- Adorazzjoni tal-Unita’: Nhar il-Ħamis fis-7.15pm ser issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Monasteru tal-Klarissi, San Ġiljan, li fiha ser jieħdu sehem il-komunitajiet tal-Parroċċi tal-Unita’ tagħna. Kulħadd mistieden.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:
- Bejn it-3.00pm u l-4.00pm (u kull nhar ta’ Ġimgħa matul ir-Randan) issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.
- Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- Mit-8.30pm sas-2.00am ser issir Velja ta’ Talb fil-Kappella tal-Kunċizzjoni mill-Alleanza tal-Familja Mqaddsa.
- Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn se nżuru l-familji li joqogħdu fi Triq l-Adrijatiku, Bosfru, Sirti, Eġew, Tirren u parti minn Triq il-Baħar l-Iswed. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.
- L-Ewwel Ħadd tar-Randan:
- Il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal.
- Fis-7.15pm, ser issir Adorazzjoni u rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-Knisja Parrokkjali. Ikun hemm ukoll is-servizz tal-Qrar. Kulħadd mistieden.
- Attivitajiet oħra:
- Jum il-Mara – Seminar: Nhar il-Ħamis, l-Għaqda Nisa Ġiljaniżi ser torganizza Seminar fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara bit-tema ‘X’Toffri l-Ħajja’, fil-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan fid-9.30am.
- Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.
- Parkeġġ fi Spinola Car Park: Infakkrukom li l-operaturi ta’ Spinola Car Park, ġentilment qed joffru sagħtejn parkeġġ b’xejn għal dawk il-parruċċani kollha li jipparkjaw fil-Car Park waqt li jkunu qed jattendu l-quddies fil-Knisja Parrokkjali matul il-weekend. Wieħed ikun irid jiġbor biljett apposta wara l-quddiesa. Nirringrazzjaw lill-operaturi ta’ Spinola Car Park.