- Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.
- Family Visits: Nhar il-Ħamis inkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’dawn it-toroq Triq il-Buqrajq u Sqaq is-Siġra. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.
- Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl: Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw is-Solennita’ tal-Festa ta’ San Pawl. Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Ma jkunx hawn il-quddiesa tal-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali.
- Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
- Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, ser ikun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Jannar għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Salvatore Muscat, Giovanna Caruana, Carmelo Spiteri, Nazzareno Cassar, Joseph Curmi, Enrico Borg, Paul Spiteri, Victoria Brincat, Joseph Mary Ellul, Hilda Attard u Maria Stella Attard. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…