L-Aċċess għall-Knisja Parrokjali minn fuq il-Pont

Minħabba x-xogħol fuq il-proġett taċ-ċentru parrokjali, fil-jiem li ġejjin ser jingħalaq l-aċċess għall-knisja ta’ San Ġiljan minn fuq il-pont.  Dan ifisser li dawk li jiġu min-naħa ta’Wied Għomor, ikollhom jieħdu ftit paċenzja u jużaw triq alternattiva.  Infakkru li issa hemm il-lifts jaħdmu u b’aċċess dirett minn Spinola Park għall-knisja.  Dan il-lift ser jiffranka ħafna taraġ speċjalment lill-anzjani.

Fil-waqt li niskużaw ruħna għall-inkonvenjenza, tifhmu li s-saħħa u s-sigurta’ huma importanti ħafna u ma jistgħux jiġu injorati.  Barra minn hekk infakkrukom li minn dan il-proġett ser igawdu ż-żgħazagħ tagħna u ġenerazzjonijiet futuri.

Għalhekk nappellaw lil kulħadd għall koperazzjoni sħiħa biex ikollna l-inqas intoppi possibbli.

Infakkru wkoll li ħadd m’għandu jisma’ jew jagħti każ informazzjoni mhux uffiċjali.  L-informazzjoni tinħareġ biss minn sorsi uffiċjali tal-parroċċa ta’ San Ġiljan.  Min isib xi diffikulta’ għandu javviċina lill-kappillan Dun Claude Portelli.  

L-informazzjoni uffiċċjali titħabbar mill-kappillan waqt l-avviżi, tiġi pubblikata fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org, tiġi pubblikata fil-facebook page tal-parroċċa: Parroċċa San Ġiljan, fil-magazine Flimkien u fuq in-notice boards.

About the author

Ikkummenta