Tal-Aħħar !!

Il-Ħadd 12 ta’ Frar 2017 huwa l-aħħar jum fejn it-taraġ ta’ biswit il-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan huwa aċċessibbli għall-pubbliku.  Dan it-taraġ, li ilu mibni mis-sittinijiet, minn għada jibda’ jitwaqqa.  Floku ser tinbena il-binja taċ-ċentru parrokjlai San Ġiljan.

Fir-ritratti li qed nuru ma dan l-artiklu u fis-slide feature iżjed l-isfel, qed nuru l-istat ta’ dan it-taraġ.  Taraġ li kien komdu u konvenjenti għal dawk li joqgħodu fuq in-naħa l-oħra tal-knisja u fl-istess waqt taraġ li serva ta’ latrina għal ħaddieħor.  Iżda, bħal kull ħaġ’oħra, kull bidu għandu tmiem.  

It-taraġ wasal it-tmiem tiegħu iżda dan ser iwassal ukoll għall-bidu ta’ xi ħaġa oħra.  Fi ftit xhur oħra. l-parroċċa ser ikollha ċentru parrokjali – il-ħolma ta’ Dun Claude Portelli minn kemm ilu li laħaq kappillan.

Mit-Tnejn, 13 ta’ Frar 2017, l-aċċess għal knisja minn dan it-taraġ u minn fuq il-pont ser ikun magħluq. Għalhekk nappellaw lil kulħadd għall koperazzjoni sħiħa biex ikollna l-inqas intoppi possibbli.

Infakkru wkoll li ħadd m’għandu jisma’ jew jagħti każ informazzjoni mhux uffiċjali.  L-informazzjoni tinħareġ biss minn sorsi uffiċjali tal-parroċċa ta’ San Ġiljan.  Min isib xi diffikulta’ għandu javviċina lill-kappillan Dun Claude Portelli.  

L-informazzjoni uffiċċjali titħabbar mill-kappillan waqt l-avviżi, tiġi pubblikata fil-website tal-parroċċa www.stjuliansparish.org, tiġi pubblikata fil-facebook page tal-parroċċa: Parroċċa San Ġiljan, fil-magazine Flimkien u fuq in-notice boards.

 

 

This slideshow requires JavaScript.

 

About the author

Comments

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading