Il-grupp tal-abbatini huwa realta’ sabiħa fil-ħajja tal-parroċċa. Minbarra s-servizz li huma jagħtu fuq l-artal, l-abbatini għandhom ċans jiġu ffurmati fuq livell uman u spiritwali permezz ta’ xi laqgħat u anke ħarġiet u mumenti oħra ta’ rikreazzjoni li jgħinuhom jikbru bħala bnedmin u bħala nsara.
Waqt li nuru l-apprezzament tagħna għall-abbatini li diġa’ qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-parroċċa tagħna, qed nagħmlu stedina biex aktar tfal jissieħbu f’dan il-grupp. Għalhekk, dawk il-ġenituri li għandhom tfal subien jew bniet li għamlu diġa l-Ewwel Tqarbina u jixtiequ jsiru abbatini, huma mitluba jkellmu lill-kappillan jew lill-viċi mill-aktar fis. Huma jibdew jiġu mħejjija biex imbagħad fil-festa ta’ San Ġiljan jiġu aċċettati formalment fil-grupp tal-abbatini waqt Vestizzjoni li ssir apposta għalihom.
Titħajjar tidħol abbati jew abbatina ? Titħajjru u tixtiequ intom il-ġenituri taraw lit-tifel u/jew tifla tagħkom abbati jew abbatina ? Bħala ħin mhu ser itellef xejn għax is-servizz tal-abbati huwa waqt il-ħin li intom tkun l-knisja għall-Quddiesa tal-Ħadd. Bi ftit sforz ejjew inkabbru dan il-grupp u jkollna servizz liturġiku isbaħ u aħjar.