AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 11 – 12 ta’ Marzu 2017

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa ser issir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’parti minn Triq Mensija u Triq il-Mediterran. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa u ser tkun ħarġa sar-Redentur tal-Isla fejn ser ikollna quddiesa flimkien fl-10.00am u wara ikla. Ser ikun hemm it-trasport fid-9.15am minn Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw għandhom iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali

About the author

Ikkummenta