- Attivitajiet għar-Randan:
- Nofstanhar riflessjoni għar-Randan: Il-Parroċċa qed torganizza nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar il-Ġimgħa mid-9.30am sas-1.00pm l-Oratorju tal-MSSP, B’Kara. Imexxi Rev Fr Kevin Schembri. Il-programm jinkludi quddiesa. Min jixtieq jibbukkja, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Pellegrinaġġ Penitenzjali: Nhar il-Ħadd, ser isir Pellegrinaġġ Penitenzjali għall-Mellieħa, tluq fl-4.00am minn ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi. Il-biljetti għat-trasport lura jinxtraw mill-Book Centre.
- Family Visits: Nhar il-Ħamis, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq Spinola (in-naħa faċċata tal-Hotel Cavalieri). Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament. B’hekk nagħtu tmiem għal-ewwel fażi tal-family visits u nkomplu wara l-Għid.
- Coffee Morning: Nhar l-Erbgħa ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa. Mal-Flimkien ta’ April, se tirċievu envelop għal donazzjonijiet għall-Festa li se niċċelebraw f’Awwissu. Bħas-sena l-oħra, ħsibna illi nibdew niġbru minn issa sabiex inkunu nafu kemm ġbarna, u b’hekk skont kemm niġbru għall-Festa nonfqu.
- Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali, kif ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni, tqegħdu qfief apposta fejn kulmin jixtieq jista’ jpoġġi l-affarijiet tal-ikel għal nies fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.
- Via Sagra – KDT: Nhar is-Sibt fis-6.15pm, ser issir attivita’ Nimxu ma’ Ġesu’, Via Sagra organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal, fil-Ġonna tal-Palazz Verdala il-Buskett. Inħeġġu lit-tfal kollha sabiex jattendu.
- Leħen is-Sewwa – Book Centre: Se tibda tinbiegħ il-gazzetta Leħen is-Sewwa mill-Book Centre. Min jixtieq jordna xi kopji bil-quddiem jista jinforma l-Book Centre jew iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Ħin tas-Sajf: Peress illi dal-weekend indawru l-ħin għal dak tas-Sajf, il-quddiesa ta’ matul il-Ġimgħa u l-Ħadd filgħaxija tkun fis-7.00pm. L-Uffiċċju Parrokkjali jkun miftuħ nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Ħamis bejn il-5.30pm u s-7.00pm.