AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Marzu 2017

 

  1. Adorazzjoni – L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Il-Ħadd fis-7.15pm fil-Knisja Parrokkjali, ser issir Adorazzjoni u rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat, animata minn Andrew Cauchi. Kulħadd mistieden jattendi.

____________________________________________________________

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.

 

  1. Laqgħa – Ġenituri tal-Katekiżmu: Nhar il-Ħamis ser issir laqgha ghall-ġenituri tat-tfal li qegħdin fil-Klassijiet 2 sa 5 tal-katekiżmu. Il-laqgħa ser issir fil-5.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’xi partijiet ta’ Triq il-Baħar l-Iswed, Triq il-Jonju u Triq Mensija. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Eżerċizzi – Kunċizzjoni: Minn nhar it-Tnejn sa nhar il-Ġimgħa ser isir kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd waqt il-quddiesa tal-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni. Jippriedka Fr Simon Sciberras.

 

  1. Ġabra għas-Seminarju: Matul il-weekend li ġej ser ikun hawn magħna s-seminaristi u ssir il-ġabra b’risq is-Seminarju.
  2. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Frar għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Marianna Micallef, Pio Farrugia, Joseph Agius, Molly Zammit Tabona, Anthony Scicluna, Josette Stilon De Piro u Dolores Farrugia. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

About the author

Ikkummenta